Din il-paġna tipprovdik b'ħarsa ġenerali tar-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ huma miżmuma mid-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu. Ir-reġistri huma miżmuma fil-qrati biex jiġi żgurat l-istatus indipendenti u l-għarfien espert ġuridiku tar-reġistrar. Huma għandhom forza ġuridika qawwija u l-għan tagħhom huwa li jiggarantixxu ċertezza legali. Entrata fir-reġistru kummerċjali hija kkunsidrata korretta fir-rigward ta' parti terza, sakemm il-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf li l-entrata ma kinitx korretta. Entrata hija meqjusa li ma tapplikax fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma konklużi fi żmien ħmistax-il jum wara li tkun saret l-entrata jekk parti terza turi li l-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-kontenut tal-entrata. Għalhekk parti terza tista', in bona fide, tafda fil-veraċità tal-entrati fir-reġistru, pereżempju billi tissoponi, meta tidħol f'kuntratt, li l-persuna li ddaħħlet fir-reġistru bħala membru tal-bord maniġerjali għandha awtorità firmatarja għall-kumpanija inkwistjoni.
Ċerti ċirkostanzi ġuridiċi huma validi biss jekk jiddaħħlu fir-reġistru: pereżempju, l-awtorità firmatarja ta' membru ta' bord maniġerjali tista' tkun ċirkoskritta fl-artikoli ta' assoċjazzjoni jew fil-kuntratt li tidħol fih mal-membru tal-bord maniġerjali, iżda l-limitazzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru biss japplikaw għal partijiet terzi.
Ċerti ċirkostanzi importanti jidħlu fis-seħħ mill-mument li tiddaħħal l-entrata fir-reġistru: pereżempju, iż-żieda ta' kapital azzjonarju ta' kumpanija tidħol fis-seħħ mill-mument li ż-żieda tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, u mhux mill-mument tad-deċiżjoni biex jiżdied is-sehem azzjonarju jew mill-mument li jsiru l-kontribuzzjonijiet. L-istess japplika għall-istabbiliment ta' entità ġuridika, l-emenda tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha jew għall-fużjoni, separazzjoni u trasformazzjoni tagħha.
Ir-reġistri huma miżmuma elettronikament.
Id-dipartiment ta' reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu jibqa' r-reġistru kummerċjali ta' persuni li jaħdmu għal rashom, kumpaniji (kumpaniji pubbliċi limitati, kumpaniji privati limitati, soċjetajiet f'isem kollettiv, soċjetajiet limitati, assoċjazzjonijiet kummerċjali, Kumpaniji Ewropej (Societas Europaea),Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (Societas Cooperativa Europaea) u raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali) u fergħat ta' kumpaniji barranin li jinsabu fl-Estonja.
Ir-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ jinkludi informazzjoni dwar assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ (assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ huma meqjusa li jinkludu assoċjazzjonijiet tal-appartamenti, assoċjazzjonijiet tal-bini u assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ oħra, kif ukoll partiti politiċi, trejdjunjins, knejjes, kongregazzjonijiet, assoċjazzjonijiet ta' kongregazzjonijiet u monasteri) li jinsabu fl-Estonja. Ir-reġistru tal-assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta’ qligħ u l-fondazzjonijiet jinkludi wkoll ir-reġistru tal-assoċjazzjonijiet tad-djar u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet tat-titjib tal-artijiet.
Dawn li ġejjin jiġu miftuħa fir-reġistru kummerċjali jew ir-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ għal kull persuna li taħdem għal rasha, entità ġuridika u fergħa ta' kumpanija barranija:
Il-fajls tan-negozju u pubbliċi jinkludu dokumenti li entità ġuridika, persuna li taħdem għal rasha jew il-fergħa ta' kumpanija barranija ssottemettew lir-reġistrar skont il-liġi, pereżempju l-artikoli ta' inkorporazzjoni jew assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn imdaħħla fir-reġistru pubbliku. Sentenzi tal-qorti, appelli kontra sentenzi, korrispondenza u dokumenti oħra li mhumiex miżmuma fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi huma miżmuma fil-fajl tar-reġistru.
L-informazzjoni li ġejja hija mdaħħla fil-kard tar-reġistru ta' entità ġuridika, persuna li taħdem għal rasha jew fergħa ta' kumpanija barranija:
Kwistjonijiet dwar ir-reġistru huma rieżaminati bħala kawżi ċivili mhux kontenzjużi li jużaw proċedimenti bil-miktub. Isiru annotazzjonijiet fir-reġistri fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għal entrata jew deċiżjoni tal-qorti jew fuq bażijiet oħra stabbiliti bil-liġi. Applikazzjonijiet għad-dħul iridu jew ikollhom firma diġitali jew ikunu fil-forma ta' dokument notarili.
L-entrati fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet volontarji mhux għal skop ta' qligħ huma pubbliċi. Kulħadd għandu d-dritt li jeżamina d-data tal-kard tar-reġistru u d-dokumenti fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi u li jikseb kopji tagħhom. Il-fajls tar-reġistru jistgħu jiġu eżaminati minn korpi tal-gvern kompetenti, mill-qrati matul il-proċeduri u persuni oħra jew entitajiet b'interess leġittimu.
Il-bażi tad-data ċentrali tar-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ tinżamm miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni. Iċ-Ċentru joffri wkoll is-servizzi li ġejjin:
Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku huwa servizz ibbażat fuq il-bażi tad-data tad-dipartiment tar-reġistrazzjonijiet tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu li juri data f'ħin reali li tikkonċerna l-entitajiet ġuridiċi, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-fergħat ta' kumpaniji barranin rreġistrati fl-Estonja kollha. Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku jagħmilha possibbli li wieħed:
Iktar informazzjoni dwar ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku hija disponibbli fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.
Il-Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa ambjent li jippermetti lil persuni u entitajiet jissottomettu dokumenti lid-dipartiment tar-reġistrazzjonijiet tal-qorti tal-kontea huma stess. L-applikazzjonijiet biex tiġi reġistrata kumpanija ġdida, biex tiġi emendata d-data tar-reġistru, biex tiġi likwidata u biex titħassar mir-reġistru, jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-portal. Ir-rapporti annwali wkoll jistgħu jitfasslu u jintbagħtu permezz tal-portal. Iċ-ċittadini Estonjani, Finlandiżi, Latvjani u Belġjani u r-residenti elettroniċi tal-Estonjs jistgħu jidħlu fil-portal billi jużaw il-karti tal-identità tagħhom għall-awtentikazzjoni. Iċ-ċittadini Estonjani u Litwani jistgħu jilloggjaw bl-użu tas-servizz tal-Mobile-ID. Il-Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.
Ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR) huwa sistema ta' tiftix ibbażata fuq l-internet li tipprovdi informazzjoni uffiċjali dwar il-kumpaniji Ewropej. It-tiftixiet jistgħu jsiru minn fuq is-sit elettroniku.
Id-data tar-reġistru tista’ tiġi aċċessata online u fl-uffiċċji tan-nutara.
Ma trid titħallas l-ebda tariffa għat-tiftix dwar entitajiet ġuridiċi, persuni li jaħdmu għal rashom u fergħat ta' kumpaniji barranin, għal informazzjoni dwar proċedimenti fil-qrati jew għall-aċċess għal informazzjoni fil-kards tar-reġistru. M’hemmx tariffa għal persuni li jwettqu t-tiftix online huma stess. Madankollu, titħallas tariffa għar-riċerki l-oħra kollha, inklużi d-data tal-kard tar-reġistru storiku u l-aċċess għar-rapporti annwali, l-artikoli ta' assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn. Fejn tintalab tariffa għall-informazzjoni, il-ħlas isir immedjatament permezz ta' trasferiment bankarju bl-internet. L-abbonati bid-dritt li jużaw parametri tat-tiftix estiż iħallsu fuq il-bażi ta' fatturi ta' kull xahar. Ir-rati li jintalbu għall-użu tad-data tal-kompjuter fir-reġistru kummerċjali huma stabbiliti f'Regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja.
Titħallas tariffa biex jiġu kkonsultati d-data tar-reġistru u d-dokumenti tal-fajl f'uffiċċju ta' nutar. It-tariffi huma stabbiliti fl- tat-Tariffi tan-Nutara.
It-tiftixiet jistgħu jsiru fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ billi jintuża r-Reġistru tan-Negozju Elettroniku fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.
Din il-paġna tispjega kif l-użu ta' data u dokumenti misjuba fir-reġistru kummerċjali huwa regolat fl-Estonja.
Id-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu jżomm ir-reġistru kummerċjali. Persuni li jaħdmu għal rashom, fergħat ta' kumpaniji barranin, u kumpaniji (kumpaniji pubbliċi limitati, kumpaniji privati limitati, soċjetajiet f'isem kollettiv, soċjetajiet limitati, assoċjazzjonijiet kummerċjali, Kumpaniji Ewropej (Societas Europaea), Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (Societas Cooperativa Europaea) u ragruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali) jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali. Dan ir-reġistru elettroniku għandu forza ġuridika qawwija u l-għan tiegħu huwa li jiggarantixxi ċertezza tad-dritt. Ir-reġistru kummerċjali jinżamm bl-Estonjan.
Entrata fir-Reġistru Kummerċjali hija kkunsidrata korretta fir-rigward ta' parti terza, sakemm il-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf li l-entrata ma kinitx korretta. Entrata hija meqjusa li ma tapplikax fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma konklużi fi żmien ħmistax-il jum wara li tkun saret l-entrata jekk parti terza turi li l-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-kontenut tal-entrata. Għalhekk parti terza tista', in bona fide, tafda fil-veraċità tal-entrati fir-reġistru, pereżempju billi tissoponi, meta tidħol f'kuntratt, li l-persuna li ddaħħlet fir-reġistru bħala membru tal-bord maniġerjali għandha awtorità firmatarja għall-kumpanija inkwistjoni.
Ċerti ċirkostanzi ġuridiċi huma validi biss jekk jiddaħħlu fir-reġistru: pereżempju, l-awtorità firmatarja ta' membru ta' bord maniġerjali tista' tkun ċirkoskritta fl-artikoli ta' assoċjazzjoni jew fil-kuntratt li tidħol fih mal-membru tal-bord maniġerjali, iżda l-limitazzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru biss japplikaw għal partijiet terzi.
Ċerti ċirkostanzi importanti jidħlu fis-seħħ mill-mument li tiddaħħal l-entrata fir-reġistru: pereżempju, iż-żieda ta' kapital azzjonarju ta' kumpanija tidħol fis-seħħ mill-mument li ż-żieda tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, u mhux mill-mument tad-deċiżjoni biex jiżdied is-sehem azzjonarju jew mill-mument li jsiru l-kontribuzzjonijiet. L-istess japplika għall-istabbiliment ta' entità ġuridika, l-emenda tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha jew għall-fużjoni, separazzjoni u trasformazzjoni tagħha.
Dawn li ġejjin jiġu miftuħa fir-reġistru kummerċjali għal kull persuna li taħdem għal rasha, entità ġuridika u fergħa ta' kumpanija barranija:
Il-fajl tan-negozju jinkludi dokumenti li kumpanija, persuna li taħdem għal rasha jew il-fergħa ta' kumpanija barranija ssottemettew lir-reġistrar skont il-liġi, pereżempju l-artikoli ta' inkorporazzjoni jew assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn imdaħħla fir-reġistru pubbliku. Sentenzi tal-qorti, appelli kontra sentenzi, korrispondenza u dokumenti oħra li mhumiex miżmuma fil-fajl tan-negozju huma miżmuma fil-fajl tar-reġistru.
Id-dokumenti f’lingwa barranija jridu jintbagħtu lir-reġistratur bi traduzzjoni għall-Estonjan minn traduttur ġuramentat. Impriża ma tistax tibbaża fuq traduzzjoni li hija differenti mid-dokument oriġinali. Parti terza tista' tibbaża fuq it-traduzzjoni ta' dokument sottomess lir-reġistrar sakemm l-impriża tipprova li l-parti terza kienet konxja tal-inakkuratezza tat-traduzzjoni.
L-entrati fir-reġistru kummerċjali huma pubbliċi. Kulħadd għandu dritt jeżamina l-informazzjoni li tinsab fil-kards tar-reġistru u d-dokumenti fil-fajls tan-negozju u li jiksbu kopji tagħhom. Il-fajls tar-reġistru jistgħu jiġu eżaminati minn korpi tal-gvern kompetenti, mill-qrati matul il-proċeduri u persuni oħra jew entitajiet b'interess leġittimu.
Id-dokumenti fil-fajl huma pubbliċi u jistgħu jiġu mitluba kopji tagħhom mingħand ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku jew nutar.
Ir-reġistru kummerċjali Estonjan jinkludi informazzjoni li tmur lura sal-1 ta' Settembru 1995. Id-data tiġi aġġornata regolarment.
Ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju
Fittex ir-reġistru kummerċjali
Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji
Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.