Din it-taqsima tal-paġna tippreżenta test ta' introduzzjoni dwar ir-Reġistru tal-Kumpaniji ta' Ċipru. It-Taqsima dwar il-Kumpaniji titratta r-reġistrazzjoni, is-segwitu, il-verifika u t-tħassir tal-kumpaniji domestiċi, il-kumpaniji barranin, l-isħubiji, l-ismijiet tan-negozji u taqa' wkoll taħt id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali (DRCOR) tal-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kulħadd jista' jsir jaf onlajn jekk organizzazzjoni partikolari tinsabx fir-Reġistru tal-Kumpaniji jew le u x'inhu l-istatus tagħha (attwalment reġistrata jew imħassra). Tista' ssir tiftixa onlajn tad-dejta tal-kumpaniji kollha u verifika tad-dokumenti fil-fajls elettroniċi tal-kumpaniji.
Id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali huwa responsabbli għaż-żamma tar-reġistru tal-kumpaniji.
L-aċċess onlajn għar-reġistru huwa mingħajr ħlas fir-rigward tal-informazzjoni bażika dwar il-kumpanija.
L-affidabilità tad-dokumenti fir-reġistru hija assigurata fil-Kapitolu 113 tal-Liġi dwar il-Kumpaniji, li jassigura l-validità tal-informazzjoni mogħtija lil partijiet terzi abbażi tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva Ewropea 2009/101/KE, permezz tal-Artikoli tal-Liġi li ġejjin:
L-ispezzjoni, il-produzzjoni u l-prova tad-dokumenti miżmuma mir-reġistratur.
Avviż mir-Reġistratur dwar iż-żamma tar-rekords - Prevalenza tad-dettalji fir-reġistru jew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika.
Ir-Reġistratur tal-Kumpaniji jassigura illi l-istrumenti u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 huma disponibbli permezz tas-sistema elettronika intra-UE ta' interkonnessjoni tar-reġistri f'format ta' messaġġ standard u huma aċċessibbli elettronikament, b'konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà għat-trażmissjoni tad-dejta.
L-eżekuzzjoni tal-obbligu tal-kumpanija li ddaħħal ritorni lir-reġistratur, inkluż ir-Rapport Annwali u d-Dikjarazzjoni Finanzjarja għal kull sena. (l-Artikoli 118 - 121)
Tista' tfittex bl-isem u/jew bin-numru tal-kumpanija. Fil-paġna tat-tiftix issib iktar informazzjoni dwar kif għandek tagħmel tiftixa.
Ir-reġistru onlajn tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali jinkludi l-organizzazzjonijiet kollha reġistrati mill-1923 sal-ġurnata tal-lum, inkluż il-kumpaniji barranin, l-isħubiji u l-ismijiet tan-negozji.
Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη (Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.